Aktar kmieni dalgħodu daħal rapport fl-Għassa tar-Rabat t’Għawdex li fix-Xwejni f’Marsalforn kien hemm dgħajsa abbandunata.

Kelliem għal Pulizija kkonferma ma’ kien daħal rapport dwar li f’Marsalforn kien hemm dgħajsa inkaljata mal-blat fix-Xwejni.
S’issa għadu mhux ikkonfermat jekk fuq id-dgħajsa kienx hemm xi persuni li daħlu illegalment f’Marsalforn.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.
Aktar dettalji kif jaslulna…