Sunday, December 22, 2024

Tinstab l-aħħar vittma tat-traġedja tal-bini ta’ Miami

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-aħħar vittma tal-kollass ta’ blokk t’appartamenti f’Miami, li seħħ fl-24 ta’ Ġunju, instabet u ġiet identifikata bħala Estelle Heyada, mara ta’ 54 sena, li kienet ilha rraportatha nieqsa minn dakinhar tal-inċident.

Wara aktar minn erba’ ġimgħat nieqsa, u ġranet sħaħ ta’ tfittxija qalb it-tifrik u t-terrapien, l-investigazzjonijiet intemmu ftit jiem ilu wara s-sejba ta’ Estelle. B’hekk in-numru totali ta’ vittmi ta’ din it-traġedja tela’ għal 98. Ħu Heyada stqarr mal-midja Amerikana li l-pulizija ta’ New York kienu  dawk li nfurmawhom dwar din l-aħbar kerha, tliet ijiem wara li nstabet. Aġenzija rraportat li għandu jsir funeral fis-siegħat li ġejjin f’New York.

Minkejja dan kollu, is-Sindku ta’ Miami-Dade Daniella Levine Cava żvelat li sa’ nhar it-Tnejn 26 ta’ Lulju, voluntiera li jagħmlu parti mill-iskwadra tal-puliżija kienu għadhom qegħdin ifittxu, “b’mod kawt u metikoluż,” fil-fdalijiet tal-bini f’sit sekondarju, għal oġġetti personali tal-vittmi, biex jingħataw membri tal-familja u ħbieb. 

“Għamilna dak kollu possibli biex jirnexxielna nsabbru lil uħud mill-familji u ninsab kburija li wara dan l-isforz bla heda irnexxielna ngħinu lil ħbieb u qraba ta’ dawk  li kienu rraportati nieqsa,” qalet Levine Cava lil ġurnalisti tal-lokal. 

Għall-ewwel, in-numru stmat ta’ persuni nieqsa kienu ta’ 159 iżda l-pulizija rnexxielhom inaqqsu dan l-ammont wara ġimgħat jiċċekkjaw rapporti. Dawk kollha li ġew rikoverati kollha mietu fuq il-post, apparti vittma wieħed li miet fl-isptar. 

Uffiċjali stqarru li s-sit ta’ Champlain Towers South, li kien bini għoli 12-il sular, qiegħed jiġi meqjus bħala xena ta’ delitt. Għalkemm ir-raġuni tal-waqgħa ta’ dan il-bini, li kien ilu hemm għall-aħħar 40 sena, għadu mhux identifikat, fl-2018 rapport juri li nstabu problemi stutturali lejn il-blokka li tagħmel mal-parti qrib tal-oċean. 

Il-vittmi ta’ din id-diżgrazzja

Persuni oħra li sfaw vittma ta’ dan il-każ f’Miami jinkludu tifla tal-età ċkejkna ta’ seba’ snin, bint pumpier, nanna ta’ 92 sena u oħt il-first lady ta’ Paraguay.

Ekonomija

Sport