Saturday, May 4, 2024

L-MUT kontra prekawzjonijiet tas-saħħa mitluba mill-Università ta’ Malta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Università ta’ Malta qiegħda titlob lill-istaff akkademiku li siefru matul is-sajf sabiex jagħmlu PCR test qabel ma jidħlu lura għax-xogħol wara l-btajjel tas-sajf. Dan ħareġ f’komunikazzjoni mibgħuta lill-impjegati tal-università, fejn minnbarra l-ħtieġa ta’ dan il-COVID test negattiv, biex ikunu jistgħu jirritornaw għax-xogħol wara s-sajf, l-amministrazzjoni tal-università qed teżiġi wkoll li kull min ikun ser isiefer irid jagħti l-informazzjoni kollha dwar is-safar, inkluż id-destinazzjoni, iż-żmien tal-btala u dettalji dwar il-vaċċinazzjoni.

Fi stqarrija maħruġa, l-MUT oġġezzjonat bil-qawwi għal dan l-aġir, li skontha “mhuwiex konformi mal-liġi u mad-direttivi tas-saħħa pubblika, u ilbieraħ tat lill-università 24 siegħa sabiex il-komunikazzjoni tiġi rtirata”.

L-MUT kompliet targumenta li fin-nuqqas ta’ dan, u wara li l-utlimatum skada illum, il-union qed tagħti direttivi lill-istaff akkademiku sabiex ma jagħtix l-informazzjoni mitluba u jinjora tali komunikazzjoni.

Barra minn hekk l-Union irrapportat l-aġir tal-Università ta’ Malta lis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika u lid-Direttur tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali.

Sport