Saturday, December 14, 2024

Tinstab qawwija u sħiħa tifla Amerikana li sitt snin ilu nħatfet minn ommha stess

Aqra wkoll

Tifla Amerikana li għebet sitt snin ilu wara li nżammet minn ommha kontra r-rieda tagħha għalkemm kien spiċċa l-ħin tal-aċċess, għadha kemm ingħaqdet lura ma’ missierha. Hija nstabet f’North Carolina nhar it-Tnejn li għadda. Ħabbar dan iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Għajbien u l-Isfruttar tat-Tfal (NCMEC).

Kayla Unbehaun kienet dehret l-aħħar fl-4 ta’ Lulju tal-2017 f’South Elgin, Illinois. Hija kienet tgħix ma’ missierha, Ryan Iskerka, li kellu d-dritt tal-kura u l-kustodja sħiħa ta’ bintu filwaqt li ommha, Heather Unbehaun kien ikollha ħin allokat biex tiltaqa’ ma’ bintha.

Lura fl-2017, meta Kayla kien għad kellha biss disa’ snin, Ryan mar jiġbor lil bintu mid-dar t’ommha f’Wheaton u sab li kienu għosfru t-tnejn li huma. Apparentament, fit-13 ta’ Mejju li għadda, ħaddiem f’Asheville għaraf lil Kayla u lil Heather minn episodju li xxandar fuq Netflix sena ilu f’sensiela ta’ misteri mhux solvuti.

L-omm ġiet arrestata però nhar it-Tlieta ngħatat il-ħelsien proviżorju fuq garanzija personali ta’ $225,000. Hija għandha tiġi estradita lura f’Illinois fejn se tkun qed tiġi akkużata bi ħtif ta’ minorenni minħabba li hi kellha biss id-dritt li tiltaqa’ ma’ bintha għall-aċċess skont kif inhu stipulat mill-Qorti.

Ekonomija

Sport