Omm ta’ tewmin li għandhom xahrejn li toqgħod l-Istati Uniti nbagħtet il-ħabs wara li tressqet il-Qorti fejn instabet ħatja li għamlet dawra bir-rota madwar il-belt bit-trabi tagħha u li poġġiethom f’kaxxa tal-ħalib li rabtitha ma’ quddiem tar-rota.
Fil-Qorti, ix-xhieda qalu li raw lill-omm Blossum Kirby ta’ 36 sena f’diffikultà sabiex tikkontrolla r-rota tagħha waqt li kienet qed tivjaġġa madwar l-Indianapolis fi sħana qawwija f’Ġunju tas-sena li għaddiet.
Intqal ukoll li kien hemm filmati fuq il-midja soċjali li urew f’liema stat kienu jinsabu t-trabi. Fil-filmat iż-żewġt itrabi kienu qegħdin ristretti ġo kaxxa tal-ħalib u lebsin biss ħarqa. Waħda mit-tarbija dehret mitluqa ‘l quddiem b’rasha mhux sostnuta sew, filwaqt li t-tarbija l-oħra kienet qiegħda sserraħ mal-ġenb tal-kaxxa tal-ħalib.
Intant raġel jinstema’ f’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qal lil omm it-tewmin li kienet qegħda żball li tefgħet lit-trabi tagħha mitluqin mingħajr sapport, mingħajr ħwejjeġ u fis-sħana. Huwa żied jgħidilha li jekk kienet se tolqot xi ħotob jew ħofor, hemm ir-riskju li dawn setgħu jaqgħu minn fuq il-kaxxa.
Blossum Kirby ġiet arrestata fuq il-post, filwaqt li ċ-ċkejknin tagħha ttieħdu fi sptar fil-viċin, fejn ingħataw it-trattament u kura medika minħabba x-xemx li laqqtu u minħabba li kellhom xi grif fuq ġisimhom.