Il-Pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ, bħal kull pjazza oħra f’pajjiżna hija waħda traffikuża. Minkejja dan,is-Sibt filgħaxija din ittrasformat ruħha f’bandli kbir u li fiha attendew bosta familji bit-tfal tagħhom.
Dan tħabbar f’messaġġ mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Dan l-avveniment seħħ fil-pjazza ta’ San Filippu u li matulha ġew organizzati diversi attivitajiet; fosthom films għat-tfal, foam party, tlielaq u xi logħob oħra.
Ma nistgħux ngħidu li din ma niżlitx għasel ma kull min attenda jew ra dak li seħħ fil-pjazza permezz tal-midja. Fost dawk li kkumentaw, kien hemm persuna li faħħret din l-inizjattiva tal-kunsill, il-għaliex permezz t’hekk it-tfal setgħu jilgħabu fil-pjazza bħal ma kien isir fil-passat.