Wednesday, December 25, 2024

Tintemm iż-żjara statali f’pajjiżna tal-President tal-Irlanda

Aqra wkoll

Iż-żjara statali f’Malta tal-President tal-Irlanda, Michael D. Higgins, intemmet aktar kmieni llejla.

Aktar kmieni waranofsinhar, fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta saret iċ-ċerimonja uffiċjali tat-tluq fejn il-Forzi Armati sellmu lill-President ta’ Malta u l-President Irlandiż bid-daqq tal-Innijiet Nazzjonali.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-President Irlandiż kellu taħditiet uffiċjali mal-President George Vella, il-Prim Ministru Robert Abela, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. 

Akkumpanjat minn martu Sabina, aktar kmieni llum, il-President Michael D. Higgins ittieħed jara diversi postijiet storiċi u kulturali f’Malta u ħawwel ukoll siġra kommemorattiva taż-żjara fil-Ġnien ta’ San Anton.

Ekonomija

Sport