Saturday, May 4, 2024

Tinżamm arrestata wara li nqdiet bil-covid-19 biex tisraq ġojjellerija lil anzjana

Aqra wkoll

Natalie Bonello ta’ 45 sena nżammet arrestata wara li nqdiet bil-pandemija tal-covid-19 biex tisraq ġojjellerija minn dar ta’ anzjana.

L-imputata tressqet aktar kmieni dalgħodu quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit spjegat dwar is-sitwazzjoni diffiċli li għaddejjin minnha persuni vulnerabbli. Żiedet tgħid li dak li għamlet Bonello seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar koroh fuq l-anzjana.

L-avukat tagħha talbet għall-ħelsien mill-arrest. Qalet li hija kkoperat mal-pulizija u għenet fl-investigazzjoni li tinsab għaddejja.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Jonathan Ransley li qal li hemm persuna oħra li għad trid tiġi arrestata u li din hija ħabiba tal-akkużata.

Sport