Sunday, December 22, 2024

Tirrikonoxxi r-rispons tal-Maltin iżda darb’oħra tippjana tmur “post sigur”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kantanta internazzjonali li ħadet sehem f’X Factor fl-2012, Lucy Spraggan fl-aħħar sigħat kitbet fuq l-paġna uffiċjali tagħha li tinsab impressjonata bl-imħabba li rċeviet mill-komunità Maltija inkluż il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici.

Hija qalet li wara l-esperjenza tagħha li kellha tintemm ħesrem wara jumejn u nofs, irċeviet ħafna messaġġi ta’ kuraġġ u kien hemm persuni li talbu skuża f’isem dawk li kkummentaw b’mod omofobiku fil-konfront tagħha u tas-sieħba waqt li kienu pajjżna.

Hija qalet li xtaqet li l-esperjenza tagħhom f’pajjiżna kienet waħda aħjar u tifhem ukoll ir-reazzjonijiet ta’ dawk li kitbulha li ġew pajjiżna kemm-il darba u dejjem kellhom esperjenza tajba hawnhekk.

Spraggan żiedet li darba oħra, meta jkunu se jsiefru, trid tippjana sew biex fejn imorru jkun post sigur għalihom.

Temmet tgħid li hemm differenza bejn li pajjiż ikun LGTBQ ‘friendly’ u LGBTQ ‘safe’.

Ekonomija

Sport