Friday, November 15, 2024

Tirringrazzja lill-PM taċ-ċekk u tgħid li se tagħtih bħala donazzjoni lill-PN

Aqra wkoll

Il-Kandidata tal-Partit Nazzjonalista Eve Borg Bonello rringrazzjat lill-Prim Ministru Robert Abela taċ-ċekk u qalet li hija se tkun qed tagħtih bħala donazzjoni lill-PN.

Permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali hija qalet: “Għadni kemm irċevejt iċ-ċekk ta’ €100 iffirmat mill-Ministru Clyde Caruana u l-Prim Ministru Robert Abela. Nirringrazzjahom. Nirringrazzjahom  għaliex dan iċ-ċekk se nsarfu u nagħtih bħala donazzjoni s-Sibt li ġej fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista.”

Żiedet tgħid: “Il-PN għandu bżonn l-għajnuna tagħkom biex inkomplu nwettqu kampanja elettorali u nwettqu l-viżjoni tagħna ta’ Malta 2030.”

Intant hija qalet ukoll: “Il-Partit Laburista għandu riżorsi kemm irid sforz il-korruzzjoni u l-golden handshakes.”

Ekonomija

Sport