Saturday, December 21, 2024

Tirritorna l-akbar wirja ta’ mudelli ta’ karozzi f’pajjiżna

Aqra wkoll

Aktar minn 35 kollezzjonist mistennija jingħaqdu taħt saqaf wieħed b’aktar minn 1,800 mudell differenti, sabiex flimkien itellgħu dik li hija magħrufa bħala The Biggest Little Motor Show in MALTA, wara assenza ta’ sentejn.

Varjetà ta’ mudelli die-cast ta’ transport minn kull ġeneru li jvarjaw minn karozzi
tat-triq, karozzi tal-pulizija, vetturi kummerċjali u tal-kostruzzjoni, karozzi minn ditti magħrufa bħal Mercedes, Fords, Minis, Rolls Royce u Ferrari, karozzi minn films fosthom minn dak ta‘ James Bond u Batman, vannijiet, coaches u ħafna oħrajn li jvarjaw fi skali differenti minn 1:64 sa’ 1:16.

Ma’ jonqosx li f’wirja ta’ dan it-tip ikun hemm ukoll mudelli mibnija bl-idejn li jvarjaw minn karozzi tal-linja l-antiki bil-kuluri tar-rottot għal vetturi tradizzjonali ta’ snajja Maltin li bla dubju inisslu nostalġija mill-isbaħ lil dawk li ser iżuru din il-wirja.

Bħal kull sena, l-attrazzjonijiet ewlenin f’din il-wirja ikunu l-minjatura preċiża ta’ Apron9 tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta flimkien mal-mudell taċ-ċirklu li huwa unikuf’pajjiżna. Kif ukoll ser ikun hemm esebiti diversi dioramas oħrajn mibnija
mill-kollezzjonisti stess b’interpetazzjoni unika ta’ diversi xenarji varji.

Din il-wirja ser tkun organizzata bejn l-10 u t-13 ta’ Diċembru u għal ewwel darba ser tkun qed tittella’ ġewwa s-sala ewlenija tal-Iskola Primarja ta’ Santa Venera fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża li tinsab fi Fleur De Lys Junction, Santa Venera. L-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw lill-amministrazzjoni tal-istess skola għall-opsitalità tagħhom kif ukoll jirrangrazzjaw lil numru sabih ta’ sponsors li għoġobhom jikkontribwixxu sabiex tkun tista’ tittella’ din l-esibizzjoni.

The Biggest Little Motor Show hija l-wirja annwali organizzata minn Die Cast and Scale Model Society u d-dħul għaliha huwa mingħajr ħlas. Aktar informazzjoni tista tinkiseb mill-paġna fuq facebook www.facebook.com/dcsms2001

Ekonomija

Sport