Friday, November 21, 2025

Tirritorna L-akbar Wirja ta’ Vetturi f’Minjatura 

Aqra wkoll

Kull sena hekk kif joqrob Diċembru, xahar li sar sinonimu mal-appuntament annwali ta’ Die Cast & Scale Model Society biex torganizza edizzjoni ta’ “The Biggest Little Motor Show”. Imtella’ bejn il-5 u t-8 ta’ Diċembru għat-tieni sena koneskuttiva ġewwa ċ-Ċentru Pastorali Qalb ta’ Ġesu filQrendi, dan l-appuntament annwali joffri esperjenza unika għad-dilettanti ta’ kull eta. 

Aktar minn 50 kollezzjoni differenti, ser ikunu esebiti mill-membri ta’ din l-Għaqda; kollezzjonijiet li jikkonesistu f’minjaturi ta’ kull għamla u skala ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam mat-trasport. Dawn ivarjaw f’mudelli ta’ diversi ditti ta’ karozzi veri, mudelli ta’ karozzi sportivi, klassiċi, militari, tal-kostruzzjoni u oħrajn. 

Jispikkaw f’din l-esibizzjoni huma diversi dijorami li sal-iċken dettall dawn jgħattu ħajja lill-mudelli daqs li kieku huma reali. Fost dawn insibu lmudell taċ-ċirklu – uniku f’pajjiżna u sinonimu mal-legat ta’ din l-Għaqda. Ma’ dawn imsemmija, f’din il-wirja wieħed mistenni jsib diversi mudelli ta’ karozzi klassiċi Maltin maħduma bl-idejn minn materjal riċiklat fosthom anke mudelli tal-karozzi tal-linja. 

Għadd ta’ kollezzjonijiet oħrajn jinkludu ukoll mudelli ta’ roti, inġenji tal-agrikoltura, muscle cars Amerikani, karozzi tal-Formula1, kollezzjoni ta’ vetturi tal-pulizija minn madwar id-dinja u għadd ta’ mudelli ta’ avjazzjoni; kollox f’minjatura ta’ diversi skali li jvarjaw minn 1:200 sa’ 1:12. Wara nuqqas ta’ bosta snin, din is-sena ser jirritorna ukoll xena spettakolari mekkanizzata ta’ ferrovija kompluta b’pajesaġġ u xenarji kollox f’minjatura. 

“The Biggest Little Motor Show” hija avventiment li ebda dilettant m’għandu jitlef, għal kull kollezzjonist u għal dawk kollha li jaffaxinaw ruħhom b’dak kollu li għandu x’jaqsam malminjaturi tat-trasport. Waqt li tirringrazzja lil bosta sponsors li jemmnu f’attivita bħal din, Die Cast & Scale Model Society tinforma lill-pubbliku li d-dħul għal din l-attivita huwa mingħajr ħlas waqt li twiegħed li toffri spettaklu uniku u indimentikabbli għad-dilettanti ta’ kull eta.

Dettalji:

Dati: 5 sa 8 ta’ Diċembru 2025 

Post: Ċentru Pastorali Qalb ta’ Ġesu, Triq il-Biżantini, Qrendi 

Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lil: Alan Saliba – 99371709 [email protected] www.facebook.com/dcsms2001

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport