Kien għall-ħabta tas-6:30 a.m., meta waslu rapporti ta’ splużjonijiet li seħħew fl-akwati tas-Salini u t-Telgħa t’Alla u Ommu fin-Naxxar.
Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn ikkonfermaw li l-isplużjoni seħħet f’kamra tan-nar fi Triq tal-Qadi fin-Naxxar. Bħalissa għaddejjin investigazzjonijiet mill-Pulizija flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kkonfermaw li ma kien hemm ħadd fuq il-post u ħadu l-azzjonijiet meħtieġa. Fortunatament ħadd ma’ ndarab f’din l-isplużjoni.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


