Monday, June 1, 2026

“Inħarsu ’l quddiem bit-tama” – il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg

Aqra wkoll

“|Illum il-poplu tkellem u l-vuċi tal-poplu rridu nirrispettawha b’umiltà u bi mħabba lejn Malta.” Qal dan il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg fl-ewwel reazzjoni għat-telfa li ġarrab il-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali. 

Huwa qal li ċempel lill-Prim Ministru sabiex jawguralu għall-fiduċja li kiseb mill-poplu Malti u Għawdxi. Qal li minkejja d-differenzi politiċi tagħhom hemm ħaġa li trid dejjem tibqa’ akbar minna lkoll – Malta. 

Dr Borg irringrazzja lil dawk kollu li emmnu fih, lil dawk li vvutawlu u anke lil dawk li ħadma bla waqfien f’din il-kampanja. “Nixtieq ngħidilhom qatt m’għandu jiddispjaċikom li emmintu fit-tama,” qal il-Kap tal-Oppożizzjoni. 

Huwa qal ukoll li matul din il-kampanja ra xi ħaġa sabiħa terġa’ titwieled. Qal li ra nies li kienu ilhom snin ma jemmnu fil-politika jerġgħu jersqu qrib.

“Għalkemm mhux ir-riżultat li xtaqna, il-messaġġ li ħareġ jibqa’ hemm eluf ta’ Maltin u Għawdxin li jridu politika differenti. Il-politika hi dwar il-ġid komuni, dwar il-pajjiż li rrid nħallu lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin,” qal Dr Borg. 

“Inħarsu ’l quddiem bit-tama. Malta hi akbar minn kull elezzjoni. Il-vjaġġ ma jispiċċax illum.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport