Saturday, December 21, 2024

Tista’ tgħin biex 2,337 ħolma u xewqa ta’ tfal isiru realtà

Aqra wkoll

Il-Ħamis filgħodu tħabbret il-kampanja Children’s Dreams għad-disa’ sena konsekuttiva sabiex numru ta’ tfal jaqtgħu x-xewqa u l-ħolm tagħhom. Din l-inizzjativa qed issir mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal.

Din is-sena hemm 2337 ħolma u xewqa li jridu jiġu provduti, grazzi għall-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Il-Ministru Michael Falzon qal li ta’ kull sena din il-kampanja dejjem qed tikber fil-popolarità tagħha u din hija xhieda ta’ kemm din is-soċjetà hija solidari u li dejjem trid tgħin, speċjalment fejn jidħlu każijiet ta’ tfal.

Il-Minsitru Michael Falzon qal li s-sena 2021 fissret l-introduzzjoni ta’ diversi emendi fil-Liġi tat-Tfal, speċjalment fejn jidħlu d-direttorati tat-tfal u kura alternattiva.

“It-tfal huma fost dawk l-aktar li għandhom id-dritt li joħolmu u jaspiraw għal ħajja aħjar, filwaqt li kull tifel u tifla għandhom ikollhom ambizzjonijiet pożittivi għall-futur, irrespitivament minn liem sitwazzjoni ikunu jinsabu fiha”, saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Kull min jixtieq jagħmel differenza fil-ħajja ta’ xi tifel jew  tifla, jista’ jagħmel dan billi jidħol fuq is-sit childrendreams.org. Hemmhekk individwi jistgħu jsibu l-ħolm tat-tfal, jagħżlu huma x’jixtiequ jagħtu, u jħallu d-dettalji tagħhom.

Ekonomija

Sport