Monday, February 2, 2026

Titbierek klinika tal-għajnejn fil-Gwatemala li saret bid-donazzjonijiet tal-Maltin

Aqra wkoll

Il-fondazzjoni GuateMalta ħabbret li kienet tbierket il-Klinika tal-Għajnejn Stella Maris li saret kollha bid-donazzjonijiet li nġabru mill-poplu Malti b’risq il-foqra fil-Gwatemala.

“Berikna t-tagħmir il-ġdid għall-kamra tal-operazzjonijiet, u b’hekk immarkajna l-bidu ta’ kapitlu ġdid fil-provvista ta’ kura oftalmoloġika ta’ kwalità ogħla u teknoloġikament avvanzata lil dawk li l-aktar jeħtiġuha.

“B’ferħ kbir, bdejna l-operazzjonijiet tal-ġurnata flimkien ma’ tobba minn Malta, li qed jingħaqdu ma’ din il-missjoni ta’ solidarjetà biex jagħtu d-dawl, is-saħħa, u opportunitajiet ġodda lill-pazjenti tagħna.

“Kull biċċa tagħmir imbierka hija għodda għas-servizz. Kull operazzjoni, storja li tibda tara futur isbaħ,” qal Dun Anton Grech li jmexxi l-missjoni fil-Gwatemala.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport