Kien eżatt fis-26 ta’ Frar tal-2011 meta kien instab il-katavru ta’ Yara Gambirasio, tfajla ta’ 13-il sena. Hija kienet instabet mejta f’għalqa f’Chignolo d’Isola, fil-provinċja ta’ Bergamo fl-Italja.
Skont investigazzjoni li saret, Yara kienet ġiet abbandunata f’għalqa fejn ftit li xejn wieħed seta’ jsibha. Jirriżulta li hija kellha kuntatt ma’ Massimo Giuseppe Bossetti u dan ipprova jabbuża sesswalment. Iżda hi waqfitu milli jabbuża minnha.
Jidher li l-istess raġel wara li ma ħallitux jagħmel is-sess magħha kien abbanduna f’għalqa u Yara mietet bil-ġuħ. Minn fuq il-ħwejjeġ ta’ taħt tal-vittma nstabu traċċi ta’ DNA ta’ Bossetti.

