Saturday, December 21, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ Joseph Debono

Aqra wkoll

Magħruf minn bosta bħala ‘James Bondin’ – il-karattru satiriku fil-programm tant popolari Xarabank. Ftit tax-xhur ilu ħakmitu l-marda tal-ALS li qed iċċaħħdu mill-mobbilità u anke mill-abbilità li jitkellem. Madankollu, xorta waħda baqa’ jġorr miegħu spirtu pożittiv u jinkoraġġixxi lil kulħadd biex dejjem iħares ‘il quddiem fil-ħajja mimlija tlugħ u nżul.

F’intervista ma’ dan is-sit ftit tal-ġimgħat ilu, Debono qalilna li “Il-ħajja mimlija nżul u tlajja. Meta t-telgħa tkun wieqfa, issir iebsa ħafna. Imma dejjem nistgħu nippruvaw nagħmlu pass. U għada pass ieħor. U fit-triq niltaqgħu ma oħrajn li jagħtuna daqqa t’id. Jew oħrajn li nagħtuhom daqqa t’id aħna. Kultant kelma ta kuraġġ, telefonata, anki tbissima, tista’ tagħmel ħafna ġid. Kemm tista’, żomm ruħek attiv mentalment. Aħseb dwar dak li kapaċi tagħmel, u kemm tista’, agħmlu.”

“Grazzi ta’ kemm għallimtni Joe. Ċaw ħabib. L-ALS marda kiefra li ma tiffranka lil ħadd. Xtaqna ħafna li Joe ikun resident fid-DAR il-ġdida imma sfortunatament ma laħaqx. Għinuna niftħu t-tieni dar qabel ma jkun iktar tard għal ħafna aktar nies.” Kiteb dan il-fudatur tal-ALS Malta Bjorn Formosa hekk kif sellem il-memorja ta’ Debono.

BOV Mobile Pay – 79096249SMS – 5061 9271 – €11.65Ċempel – 5180 2018 – €25 | 5190 2075 – €50 Online – https://efr.alsmalta.org/supporting-joe-debono

Ekonomija

Sport