Friday, May 3, 2024

15-il każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 19 oħra

Aqra wkoll

Matul il-jum tat-Tlieta feġġew 15-il każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm 19 oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi niżlu għal 218. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ 460 wara li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ma kienet irreġistrat l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. 

Bħalissa hemm 11-il pazjent rikoverat l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom erbgħa jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħataw 871,592 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 47,312 kienu dożi tal-booster.

Sport