Tħabbret il-mewt tal-leġġendarju Brażiljan, Mario Zagallo fl-etá ta’ 92 sena.
Huwa rebaħ it-Tazza tad-Dinja kemm bħala player kif ukoll bħala coach.
Zagallo kien winger fit-team tal-Brażil li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1958 u fl-1962 fejn kien element regolari fiż-żewġ finali.
Huwa kien fit-team meqjus b’mod wiesa’ bħala l-akbar wieħed internazzjonali ta’ kull żmien, inklużi Pele, Jairzinho u Carlos Alberto, għall-glorja fl-1970.
It-trijonf finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ Zagallo wasal bħala assistant coach ta’ Carlos Alberto Parreira, fl-1994.
Huwa rritorna bħala manager tal-Brażil wara dak it-tournament u wassalhom sal-finali fl-1998, fejn ġew megħluba mill-ospiti Franza.
Zagallo kien l-ewwel persuna li rebaħ it-Tazza tad-Dinja kemm bħala player kif ukoll bħala coach fejn kien segwit mill-Ġermaniż Franz Beckenbauer u mill-Franċiż Didier Deschamps.