Tħabbret il-mewt tal-eks manager Ingliż, Terry Venables, li miet fl-età ta’ 80 sena wara battalja twila kontra l-kanċer.
Venables jibqa’ magħruf għall-mixja memorabbli tal-Ingilterra lejn is-semi-finali tal-Euro ‘96.
Stqarrija mill-familja ta’ Venables kienet tgħid: “Aħna ninsabu mnikkta bit-telfa tar-raġel u missier mill-aqwa li miet fil-paċi s-Sibt wara marda twila.
Midfielder ma’ Chelsea, Tottenham Hotspur u Queens Park Rangers matul karriera ta’ 15-il sena fl-ogħla livell, Venables lagħab darbtejn għall-Ingilterra.
Fil-karriera tal-coaching, huwa ggwida lil Crystal Palace mit-Tielet għall-Ewwel Diviżjoni fl-aħħar tas-snin sebgħin, qabel ma mexxa lil QPR għall-finali tal-FA Cup tal-1982.
‘El Tel’ ġibed l-attenzjoni ta’ clubs Ewropej prominenti u fejn inħatar coach ta’ Barcelona, fl-1984, fejn rebaħ it-titlu ta’ LaLiga fl-1985 u sena wara mexxihom sal-finali taċ-Champions Cup
Venables rebaħ l-FA Cup ma’ Tottenham fl-1991 iżda huwa jibqa’ mfakkar li wassal lill-Ingilterra sas-semi-finali tal-Euro ‘96, f’Wembley Stadium.