Tħabbret il-mewt tal-leġġendarju Franżi, Just Fontaine, li jgawdi r-rekord tal-aktar gowls skurjati f’edizzjoni ta’ Tazza tad-Dinja. Huwa miet fl-etá ta’ 89 sena.
Fontaine skorja 13-il goal f’sitt partiti biss għal Franza fit-Tazza tad-Dinja tal-1958, liema fażi finali ntlagħbet fl-Isvezja, biex għen lit-team tiegħu jispiċċa fit-tielet post.
Huwa jinsab fir-raba’ post fil-lista tal-iskorers ta’ kull żmien tat-Tazza tad-Dinja flimkien ma’ Lionel Messi tal-Arġentina.
Fontaine qatta’ ħafna mill-karriera tiegħu ma’ Reims, fejn skorja 145 goal f’152 dehra.
Iżda huwa kellu jieqaf ħesrem mil-logħba fl-1960 minħabba injury fit-tul li sofra.
Madankollu huwa qabad karriera ta’ coach ma’ bosta clubs fosthom Paris St Germain, Toulouse u t-team nazzjonal ta’ art twelidu, il-Marokk, qabel ma bidel iċ-ċittadinanza Franċiża.
Fl-2004 Fontaine ġie msemmi fuq il-lista tal-leġġendarju Brażilja, Pelé, tal-125 l-aqwa players li kienu għadhom ħajjin.