Ritratt:tottenhamhotspur.com
L-eks attakkant ta’ Tottenham u Chelsea, Jimmy Greaves, MBE, magħruf bħala wieħed mill-aqwa skorers li qatt ipproduċa l-futbol Ingliż, miet fl-età ta’ 81 sena wara marda twila.
Spurs ħabbru li l-aqwa skorer tagħhom ta’ kull żmien u wieħed mill-akbar plejers tagħhom fl-istorja tal-klabb miet fis-sigħat bikirn tal-Ħadd fil-għodu.
Il-membru tal-iskwadra tat-Tazza tad-Dinja tal-Ingilterra tal-1966, dan l-aħħar saħħtu kienet marret lura wara li, fl-2015, sofra attakka ta’ puplesija, bil-konsegwenza li kien ikkurat erba’ darbiet kuljum.
Imlaqqam ‘Greavsie’, huwa kien l-aqwa skorer tal-ġenerazzjoni tiegħu fejn skorja 447 gowls fil-karriera tiegħu – 220 għal Tottenham, 132 għal Chelsea u 44 gowls għall-Ingilterra.
Ma’ Tottenham, Greaves rebaħ l-FA Cup darbtejn matul is-sittinijiet u għen lil Spurs jirbħu t-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazza Ewropea fl-istaġun 1962-63. Għall-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-futbol huwa ngħata wkoll MBE f’Diċembru tas-sena li għaddiet.
Huwa jħalli warajh il-mara Irene, l-erbat itfal Lynn, Mitzi, Danny u Andrew, flimkien ma‘ 10 neputijiet