Friday, December 13, 2024

Titħabbar il-mewt tar-Rabti Joseph Muscat, espert tal-istorja marittima Maltija

Aqra wkoll

Ilbieraħ, tħabbret il-mewt ta’ Joseph Muscat (1935-2022) mir-Rabat, l-espert ewlieni tal-istorja marittima Maltija u membru tas-Soċjetà tal-MUSEUM.

Ħafna jirreferu għalih bħala enċiklopedija ħajja dwar l-aspett marittimu. Kien għalliem, konsulent marittimu, restawratur, mużiċist, presepista, u kittieb. Sa minn ċkunitu tħabbeb mas-sengħa tal-mudelli tad-dgħajjes.

Għall-kitba tiegħu dwar il-bastimenti tal-Ordni ta’ San Ġwann, huwa ġie onorat bil-Croce dell’Ordine al Merito Melitense. Għal tliet darbiet huwa rebaħ l-ewwel premju u medalja fil-konkors Premju Letterarju bil-kotba tiegħu “The Dgħajsa”, “Kwadri ex-Voto Marittimi Maltin” u “Sails round Malta.

Ekonomija

Sport