Tuesday, December 24, 2024

Titjib fil-Junction tas-Swieqi f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Infrastructure Malta qed tniedi l-Junction Swieqi – San Ġiljan, investiment biex minflok it-traffic light junction ta’ Swieqi – San Ġiljan tinbena junction b’livelli differenti. L-għan tal-proġett huwa li jorganizza b’mod aħjar l-andament tat-traffiku f’din iż-żona, waqt li jindirizza kwistjonijiet t’aċċessibilità minn u lejn is-Swieqi u San Ġiljan, u li ilhom itulu għal snin twal.

F’laqgħa teknika organizzata lill-ġurnalisti, uffiċjali ta’ Infrastructure Malta tat dettalji dwar il-pjanijiet għal dan il-proġett li jagħmel parti minn network ta’ toroq arterjali prinċipali, magħrufa bħala TEN-T. Fil-laqgħa ntqal li d-disinn tal-proġett għandu l-għan li jwassal infrastruttura aħjar lill-komunitajiet tal-madwar, ittejjeb is-sigurtà u tħeġġeġ il-mobiltà attiva.

Il-ħidma tal-proġett ser tkun iffukata tul Triq Mikiel Anton Vassalli u t-toroq tal-madwar, b’konnessjonijiet diretti mill-junction tan-naħa ta’ fuq ta’ Triq Normandy, lejn il-parti t’isfel ta’ Triq il-Marbat, is-Swieqi.

Il-proġett mistenni jara titjib fl-andament tat-traffiku, inkluż dħul u ħruġ iżjed adegwat minn u lejn is-Swieqi u San Ġiljan. Għal persuni li jaċċessaw iż-żona bil-pass, il-proġett ser jaħseb għal mogħdijiet siguri b’bidla konsiderevoli fl-underpass li tinsab bejn Triq is-Swieqi u Triq Santu Wistin.

Id-disinn tal-proġett jinkludi slip road ġdida biex mill-karreġġjata ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli, wieħed jaċċessa s-Swieqi u San Ġiljan. Din il-modifikazzjoni ser tagħti lok biex l-andament tat-traffiku fit-triq prinċipali ma jittellifx. Id-disinn jaħseb, biex vetturi li joħorġu minn San Ġiljan fid-direzzjoni lejn il-Belt, jgħaddu minn taħt Triq Mikiel Anton Vassalli u jitilgħu lejn il-karreġġjata li tagħti lejn Triq Sant’Andrija. 

Il-ħruġ mis-Swieqi ser jitjieb b’aċċess minn taħt Triq Mikiel Anton Vassalli minflok l-underpass eżistenti li jgħaqqad Triq is-Swieqi ma’ Triq Santu Wistin.

Barra minn hekk, il-proġett għandu l-għan li jaġġorna s-sistema tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita u l-mod kif jinġabar l-ilma.

Wara konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet konċernati, fosthom il-kunsilli lokali, Infrastructure Malta ser tissottometti pjanti preliminari quddiem l-Awtorità tal-

Ippjanar. Il-pjanti mistennija jiġu aġġornati waqt li jissukktaw aktar diskussjonijiet. Il-proġett jirrappreżenta pass importanti fl-impenn tal-aġenzija biex ittejjeb l-

infrastruttura u l-mobilità fil-komunitajiet tas-Swieqi u San Ġiljan.

Ekonomija

Sport