L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi qed ibati mil-lukimja u qed jingħata l-kura fl-Isptar San Raffaele ta’ Milan.
Fi stqarrija maħruġa mill-isptar intqal li Berlusconi jinsab f’kura intensiva għat-trattament minħabba infezzjoni fil-pulmun u li t-tobba sabu li kellu wkoll il-lukimja. Żied jingħad li hemm “strateġija ta’ terapija għaddejja” b’rabta mat-trattament ta’ Berlusconi.
Sadanittant, fl-aħħar sigħat kien irrapportat li huwa jinsab f’kundizzjoni stabbli u li kien hemm “titjib żgħir” f’saħħtu.