KM Malta Airlines avżat li wara t-tħabbira ta’ sensiela ta’ azzjonijiet industrijali b’effett mil-lum mill-piloti tagħha, it-titjiriet kollha tal-KM Malta Airlines huma mistennija li joperaw kif ippjanat, mingħajr kanċellazzjonijiet.
“L-azzjonijiet industrijali jistgħu f’xi każi jikkawżaw dewmien f’xi titjiriet iżda mhux mistennija jwasslu għal kanċellazzjoni ta’ titjiriet,” qalet KM Malta Airlines fi stqarrija li ħarġet illum.
Fl-istess stqarrija ntqal li l-passiġġieri huma avżati li jagħmlu ċ-check in b’mod normali għat-titjiriet tagħhom. KM Malta Airlines skużat ruħha mal-klijenti tagħha għal kull inkonvenjent li dawn l-azzjonijiet jistgħu jikkawżaw.