L-ajruport internazzjonali ta’ Heathrow illum ingħalaq minħabba nirien li seħħu fil-viċinanzi. Minħabba dan, barra li għadd ta’ titjiriet ġew imħassra, madwar 16,000 djar huma rrapportati li spiċċaw bla dawl. Dan wara li lbieraħ filgħaxija n-nirien ikkawżaw ħsarat f’ċentru tal-provvista tal-elettriku fil-Punent ta’ Londra.
Din is-sitwazzjoni wasslet għal inkonvenjenza kbira lil dawk kollha milquta u xkiel fl-ivvjaġġar bl-ajru proprju f’wieħed mill-aktar ajruporti bieżla fid-dinja. Huwa rrapportat li madwar 220,000 persuna kellhom jivjaġġaw lejn u minn dan l-ajruport u li tħassru ta’ mill-inqas 1,357 titjira.