Sunday, December 22, 2024

Titkeċċa minn xogħolha wara li qalet lill-istudenti li l-prattiċi tal-LGBT iwassluk għat-triq tad-dnub

Il-każ seħħ fi skola tal-knisja f'Londra

Aqra wkoll

Għalliema fl-Ingilterra qed taffaċċja akkużi relatati ma’ prattiċi fit-tagħlim u tinsab f’riskju li tiġi projbita milli teżerċita l-professjoni ta’ għalliema għal perjodu indefinit wara li rrifjutat li teduka lill-istudenti dwar il-komunità LGBT għaliex ħasset li dan kien imur kontra t-twemmin reliġjuż li tħaddan hi.

Glawdys Leger, ta’ 43 sena u li ilha tgħallem fl-istess skola għal dawn l-aħħar sitt snin, tkeċċiet mix-xogħol tagħha ta’ għalliema fi skola tal-knisja fi Bromley (fin-Nofsinhar ta’ Londra), f’Mejju li għadda.

Leger fissret li t-tkeċċija tagħha mill-impjieg seħħet wara li hija rrifjutat li tgħallem materjal – li kien jifforma parti mis-sillabu tar-reliġjon tas-seba’ sena – marbut mal-komunità LGBT. Hija saħansitra qalet lill-istudenti li l-prattiċi mħaddna mill-komunità LGBT iwassluk għat-triq tad-dnub u li l-bnedmin jitwieldu rġiel jew nisa.

“Ġejt trattata daqslikieku kont xi kriminal … għandi kompassjoni kbira lejn persuni LGBT, però, inħoss il-kuxjenza tiegħi tniggiżni li kieku nipprietka twemmin li jmur kontra l-fidi tiegħi, fosthom li relazzjonijiet bejn persuni tal-istess ma fihom xejn ħażin,” qalet Leger.

Ekonomija

Sport