Mara tilfet ħajjitha wara li ġiet attakkata minn kelb il-baħar great white meta kienet qiegħda tgħum fl-ibħra ta’ Maine fl-Istati Uniti tal-Amerika. Dan huwa t-tieni attakk fatali minn klieb il-baħar fl-istorja ta’ Maine. Attakki minn klieb il-baħar mhumiex komuni f’din iż-żona minħabba li l-baħar huwa kiesaħ għal dawn il-kreaturi.
Il-mara kienet qiegħda tgħum qrib Baily Island – viċin il-belt ta’ Portland. Il-vittma hija Julie Holowach ta’ 63 sena li kien għadha kif irtirat mill-karriera tagħha fil-moda. Holowach kienet qiegħda tgħum mat-tifla tagħha f’fond ta’ 18-il metru. Bintha ma kinitx attakkata.
Persuni li raw l-attakk iseħħ quddiem għajnejhom qalu li huma kienu qegħdin jisimgħu lil Julie titkellem ma’ bintha meta f’daqqa waħda rawha tgħajjat u bħal qisu xi ħaġa ġibditha bil-forza ’l isfel.
Immedjatament bdiet ħidma ta’ salvataġġ iżda sfortunatament il-vittma mietet ftit tal-ħin wara. Mill-marki li kien hemm fuq il-vittma kien determinat li l-kelb il-baħar kien great white.