Thursday, December 26, 2024

Titlesta l-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia

Aqra wkoll

Tlestiet l-inkjesta pubblika dwar il-mewt taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia u għalhekk nhar il-Erbgħa li ġej, ir-rapport finali tagħha se jgħaddi għand il-Prim Ministru Robert Abela.

Il-Bord tal-Inkjesta Pubblika ħabbar li l-Erbgħa stess, il-Bord se jgħaddi kopja tar-rapport finali lill-familja ta’ Sofia.

L-inkjesta pubblika kienet ġiet appuntata mill-Prim Ministru Robert Abela nnifsu f’Awwissu li għadda, wara ġimgħat ta’ pressjoni mill-familja. Din kienet possibli wkoll mill-pubbliku li kienu preżenti għal diversi dimostrazzjonijiet li saru.

L-istess bord, kien immexxi mill-Ombudsman Joseph Zammit McKeon, assistit mill-Awditur Ġenerali Charles Deguara u l-perit Mario Cassar. Għall-aħħar xhur, il-Bord sema’ diversi xhieda biex ħejja rapport li fil-konklużjoni tiegħu jinkludi diversi rakkomandazzjonijiet.

Jean Paul Sofia kellu biss 20 sena meta ntradam taħt it-tifrik ta’ fabbrika li kienet għadha qed tinbena fiż-żona industrijali ta’ Kordin. Fid-dawl ta’ din it-traġedja, il-familja ta’ Sofia bdiet kampanja sabiex issir ġustizzja miegħu, kif ukoll biex isir tibdil maġġuri fl-industrija b’mod ġenerali, biex traġedji bħal dawn ma jseħħux.

Ekonomija

Sport