Monday, November 11, 2024

Titnaqsilha sentenza ta’ ħabs wara li kienet instabet ħatja li mexxiet id-droga qrib skola f’Għajnislem

Aqra wkoll

Susan Bugeja, fl-2019 kienet instabt ħatja li fl-2013 kienet miexxiet id-droga qrib skola f’Għajnsielem f’Għawdex. Dakinhar hija kienet intbagħtet sitt snin ħabs u multa ta’ €5,000.

Iżda Bugeja appellat minn din is-sentenza u l-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Neville Camilleri laqgħet parti mit-talba tagħha.

Il-każ li seħħ fl-14 ta’ Lulju tal-2013 fi Triq Għajnislem, u li kienet madwar 100 metru ’l bogħod minn skola.

Bugeja fl-appell qalet li l-iskola fejn seħħ il-każ hija tal-Ingliż u fiha jattendu biss persuni adulti u mhux tfal jew żgħażagħ. Hija qalet ukoll li dak iż-żmien kienet għaddejja minn żmien ħażin minħabba problemi li kellha fil-familja u kien għalhekk li kienet bdiet tieħu d-droga.

Il-Qorti qalet li dan kollu ma jista’ qatt jiġġustifika l-ħażin li wettqet għax xorta kienet qiegħda tbiegħ id-droga lil żgħażagħ u nies oħrajn.

L-Imħallef Neville Camilleri kkundanna lil Bugeja sentejn ħabs minflok sitt u l-multa ta’ €5,000 ġiet ikkonfermata.

Sport