Wednesday, April 24, 2024

Jhedded lill-eks martu li se jagħmlilha bħalma għamlu lil Bernice Cilia

Aqra wkoll

Twanny Buttigieg li qal li jgħix f’kamra mal-annimali f’Bormla baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li ta’ fastidju, hedded, sawwat u li kkawża biża’ serja lill-eks martu. Buttigieg ma’ martu għandhom tlett itfal li għandhom 20, 12 u 8 snin.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat li magħhom stqarr li ma jaħdimx għandu l-vizzju tad-droga. Allegatament ta’ spiss kien icempel lill-eks martu u jitlobha l-flus biex ikun jista’ jixtri d-droga.

Skont dak li ntqal fil-Qorti, Buttigieg kien jgħidilha li jekk ma tagħtihx flus kien se joqtolha u weġġa’ lill-familja tagħha. Hu kien jhedded lil martu u jgħidlha li se tispiċċa kif spiċċat Bernice Cilia.

Buttigieg wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih, iżda hekk kif id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha.

Il-Qorti qalet li f’dan l-istadju mhux se tkun qiegħda tagħti l-ħelsien mill-arrest lil Buttigieg u ordnat li jibqa’ jinżamm arrestat fil-Faċlità Korrettiva ta’ Kordin.

Sport