Saturday, November 23, 2024

Titnieda l-ewwel National Open Access Policy għall-konsultazzjoni pubblika

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici nieda abbozz ta’ National  Open Access Policy għall-konsultazzjoni pubblika, f’attività li saret f’Villa Bighi. 

Il-Ministru Bonnici qal li; “Riċerka li twassal għal innovazzjoni, u għalhekk għal tkabbir ekonomiku,  jeħtieġ li tiġi inkoraġġuta. Li jkollok aċċess eħfef għal informazzjoni xjentifika, ċirkolazzjoni aħjar  ta’ għarfien u data ta’ riċerka ġestita aħjar, kif stipulat fl-Open Access Policy, żgur li se  jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku bbażat fuq attivitajiet ta’ negozju intensivi fl-għarfien u  b’valur miżjud.” 

Huwa fakkar li b’din il-politika qed titwettaq miżura fi ħdan il-Manifest Elettorali tal-2017, li  identifika l-ħtieġa li jiġi appoġġjat tixrid usa’ tar-riżultati tar-riċerka, sabiex Malta tiġi allinjata mal iżviluppi tal-Unjoni Ewropea dwar open science

L-open science tirrappreżenta approċċ ġdid għall-proċess xjentifiku u ġġib bidla sistematika fil-mod  kif saret ir-riċerka għal dawn l-aħħar ħamsin sena. Dan l-approċċ huwa bbażat fuq modi ġodda ta’ tixrid ta’ għarfien xjentifiku, permezz ta’ ħidma kollaborattiva ffaċilitata b’użu aħjar tat-teknoloġiji  diġitali. L-open science ttejjeb il-ftuħ tal-forom kollha ta’ riżultati fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tar riċerka, b’enfasi partikolari fuq aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet u data ta’ riċerka miftuħa. 

Fil-fatt, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-MCST Dr Jeffrey Pullicino Orlando, waqt l-indirizz tal-ftuħ  tiegħu, qal li, “Permezz tal-open access, ir-riċerkaturi mhux biss se jtejbu l-kwalità tar-riċerka  permezz ta’ riproduċibbiltà aħjar, iżda se jżidu wkoll il-viżibbiltà tar-riċerka lokali madwar l-UE u  internazzjonalment.” Iktar minn hekk, stqarr li, “Kburi ngħid li l-Kunsill dejjem kien favur l 

inklussività, li ntweriet ukoll fil-mod kif wettaqna l-iżvilupp ta’ din il-politika. Il-Kunsill ħadem  f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati lokali rilevanti kollha, u fittex il-parir ta’ esperti  nazzjonali, biex fl-aħħar mill-aħħar fassal politika nazzjonali bil-potenzjal li tipprovdi vantaġġ ċar  għal Malta bħala stat membru tal-UE li jħares ’il quddiem.” 

L-abbozz tal-politika jista’ jiġi aċċessat permezz tal-link ippubblikat hawn taħt, u kwalunkwe  kumment u feedback jistgħu jintbagħtu lil [email protected] sal-21 ta’ Novembru 2021.  

Id-dokument tal-politika jippreżenta pjan direzzjonali azzjonabbli biex Malta tagħmel tranżizzjoni  għal stat ta’ open access immedjat fejn jidħlu pubblikazzjonijiet, u biex jinkiseb progress sinifikanti  fl-aġġornament ta’ politiki u infrastruttura eżistenti u l-iżvilupp ta’ oħrajn ġodda. L-abbozz ta’ politika jiddefinixxi fażijiet konkreti għal kull qasam, b’azzjonijiet f’kull fażi biex jiġu żviluppati l esperjenza, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa, u tiġi stabbilita infrastruttura permanenti li tista’ tiġi  sfruttata f’fażijiet suċċessivi. Il-fatt li l-fażijiet ta’ kull qasam tas-suġġett jibnu fuq dawk preċedenti  jiffaċilita l-proċess lejn il-kisba tal-għanijiet ipproġettati kif stipulat fin-National Open Access Policy

L-abbozz tal-politika jista’ jiġi aċċessat permezz tal-link: https://www.plumtri.org/NationalOpenAccess_PublicConsultation.

Sport