Tuesday, April 23, 2024

Andres Iniesta jrid jirritorna ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Andres Iniesta żvela li jrid jirritorna ma’ Barcelona f’xi stadju fil-futur.

Il-player ta’ 37 sena rrappreżenta lill-ġganti Katalani bejn l-1996 u l-2018, u mexa mis-sistema taż-żgħażagħ qabel lagħab mal-ewwel team f’674 okkażjoni fil-kompetizzjonijiet kollha.

Iniesta bħalissa qed jilgħab fil-Ġappun ma’ Vissel Kobe u għad fadallu ftit aktar minn sentejn fil-kuntratt tiegħu.

Madankollu, wara li ra lil ex sieħbu Xavi jirritorna ma’ Barcelona bħala coach, il-midfielder ta’ esperjenza qal li “jixtieq” li jagħmel il-pass lura lejn il-club fil-futur.

“Ma nafx x’se jiġri fil-futur, nixtieq f’xi mument ta’ ħajti nirritorna ma’ Barcelona. Ma nafx f’liema kapaċità,” qal Iniesta.” Nixtieq nirritorna ma’ Barcelona, id-dar tiegħi, biex inkun nista’ nkompli ngħin b’xi mod jew ieħor, iżda ħadd ma jaf il-futur.”

L-Ispanjol skorja 22 goal u rreġistra 21 assist f’99 dehra għal Vissel Kobe fil-kompetizzjonijiet kollha.

Sport