Thursday, March 28, 2024

Antonio Conte jirrifjuta li jakkwista lil Eden Hazard

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Antonio Conte ċaħad il-proposta taċ-chairman tal-club Daniel Levy li jġib lill-attakkant ta’ Real Madrid Eden Hazard fit-Tramuntana ta’ Londra.

Hazard huwa maħsub li jkun disponibbli għat-trasferiment matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, bl-internazzjonali tal-Belġju qed jitħabat biex iħalli l-marka tiegħu għal Los Blancos minn meta ngħaqad magħhom mingħand Chelsea.

Levy jinsab ħerqan li jġib lill-player ta’ 30 sena lura fil-Premier League, iżda Conte ma jemminx li l-Belġjan ikun jidħol fil-pjanijiet ta’ Spurs, bit-Taljan aktar interessat f’sieħeb Hazard, Gareth Bale.

Hazard, li għadu marbut kemm ma’ Juventus kif ukoll ma’ Newcastle United, irreġistra assist wieħed u l-ebda goal fi 11-il dehra għat-team ta’ Carlo Ancelotti dan l-istaġun.

Ekonomija

Sport