Saturday, December 21, 2024

Titressaq emenda dwar il-libertà tal-espressjoni bil-għan li tipproteġi lill-artisti

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ressaq l-ewwel qari ta’ Abbozz ta’ Liġi msejjaħ Att biex tkompli tissaħħaħ il-libertà tal-espressjoni artistika.

Dan bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni għall-artisti hekk kif riċentament ġie rrapportat li artist ieħor ġie mitkellem mill-Pulizija wara li l-mexxej tar-River of Love, Pastor Gordon John Manchè, għamel kwerela fil-konfront tal-istess artist.

Dan ma kienx l-ewwel każ ta’ din ix-xorta: “Ċertament li b’dak li ġara f’dawn l-aħħar jiem ma nistgħux inkunu Gvern li jippermetti ċertu mod ta’ kif wieħed joħnoq il-libertà ta’ espressjoni”. Il-PM Abela qal li huwa jemmen bis-sħiħ fil-libertà tal-espressjoni u fakkar illi jekk persuna tgħaddi ċertu kummenti ma tistax tippredendi li ma jkunx hemm ċertu reazzjonijiet.

Fil-kummenti tagħhom, kemm il-Ministru Owen Bonnici kif ukoll il-Ministru Byron Camilleri saħqu li dan huwa Gvern li ġġieled iċ-ċensura u jinsab kommess li jkompli jsaħħaħ il-libertà tal-espressjoni artistika.

Aktar qabel: Il-PM ħabbar li llum se titressaq emenda dwar il-libertà tal-espressjoni bil-għan li tipproteġi lill-artisti

“Nemmen li hemm bżonn ta’ bidla leġiżlattiva … kulħadd għandu jitħalla jesprimi l-fehma tiegħu,” saħaq il-Prim Ministru Robert Abela għall-mistoqsija li saritlu mingħand waħda mill-ġurnalisti rigward is-satira. Fl-istess tweġiba huwa ħabbar li fil-ħin li ġej ser titressaq l-ewwel qara ta’ din l-emenda fil-Parlament li tittratta dwar dan is-suġġett.

Dan bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni għall-artisti hekk kif riċentament ġie rrapportat li artist ieħor ġie mitkellem mill-Pulizija wara li l-mexxej tar-River of Love, Pastor Gordon John Manchè, għamel kwerela fil-konfront tal-istess artist. Dan ma kienx l-ewwel każ ta’ din ix-xorta: “Ċertament li b’dak li ġara f’dawn l-aħħar jiem ma nistgħux inkunu Gvern li jippermetti ċertu mod ta’ kif wieħed joħnoq il-libertà ta’ espressjoni”.

Il-PM Abela qal li huwa jemmen bis-sħiħ fil-libertà tal-espressjoni u fakkar illi jekk persuna tgħaddi ċertu kummenti ma tistax tippredendi li ma jkunx hemm ċertu reazzjonijiet.

Ekonomija

Sport