Wednesday, July 24, 2024

Titwaqqa’ boathouse li nbniet illegalment fil-Ġnejna

Aqra wkoll

Il-Malta Ranger Unit fl-aħħar jiem ħabbret li twaqqgħet boathouse li kienet mibnija illegalment fil-Ġnejna. Dan sar wara li s-sena l-oħra appellat lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni.

Kien f’Mejju tas-sena 2023, meta l-Malta Ranger Unit kienet irrappurtat li kienu qegħdin isiru xogħlijiet billejl fil-Bajja tal-Ġnejna u għalhekk sejħu għall-assistenza tal-Pulizija u l-Awtoritajiet tal-Ippjanar. Ftit wara kienet ħarġet Notifika tal-Infurzar wara li nqabdu dawk li wettqu l-illegalitajiet, u l-MRU kompliet tagħmel il-monitoraġġ biex tassigura li tittieħed azzjoni.

“Il-każ ingħalaq u dawk li wettqu l-illegalità għad fadlilhom il-multi xi jħallsu”, qalet l-MRU. Il-Malta Ranger Unit esprimiet sodisfazzjon għax “issa l-binja tneħħiet u dan huwa pass ‘il quddiem biex titnaqqas l-impunità f’inħawi bħal dawn, fejn qabel kienu jgawdu minnha bil-kbir”.

Dwar boathouses oħra li hemm fiż-żona, intala li hemm aktar boathouses illegali iżda ġaladarba ma nqabdux waqt li kienu qed jinbnew, diffiċli jitneħħew u għalhekk sostniet “konna b’xortina li rajniehom jibnu din u rrappurtajnieha”.

Ekonomija

Sport