Mill-2,966 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 106 persuna li rriżultat pożittiva għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 91 persuna li rkupraw mill-virus. Dan ifisser li n-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna tela’ għal 1,927.
Filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 21 każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom li diġà huma pożittivi għall-virus, 22 każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 7 każita’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ persuni diġà infettati, 2 każi li kienu importati, u 2 każi oħrajn li rriżultaw minn attivitajiet soċjali.