Tuesday, April 23, 2024

“Tiżfnu mad-daqqa tal-Iżviluppaturi”

Issir il-protesta "Xebbajtuna" fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Mijiet ta’ persuni dalgħodu marru l-Belt Valletta biex jieħdu sehem fil-protesta “Xebbajnuna” li kienet organizzata mill-Moviment Graffitti li magħhom ingħaqdu għaqdiet ambjentali oħrajn.

Bid-daqq tat-tnabar, il-mijiet imxew fit-toroq tal-belt jgħajtu “Tiżfnu mad-daqqa tal-Iżviluppaturi”.

Waqt il-protesta saru diversi talbiet fosthom li jkun hemm bidla fil-politiki tal-ippjanajr li qed jagħmlu tant ħsara lill-pajjiżna. Talbu wkoll li kjun hemm awtoritajiet pubbliċi indipendenti li mhumiex ikkontrollati mill-politiċi u min-negozji.

Id-dimostranti ressqu talba biex il-mudell ekonomiku sostenibbli li jkun ibbażat fuq l-użu ġust u effiċjenti tar-riżorsi minflok fuq tkabbir ekonomiku bla rażan.

Sport