Friday, April 19, 2024

Għada wirja ta’ karozzi b’kawża ġusta f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Għada l-Ħadd 28 ta’ Mejju mid-9.00 am ‘il quddiem, MMG Promotions fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar u Visit Malta, ser tkun qed torganizza edizzjoni oħra ta’ Żabbar Autofest.

F’din l-attività wieħed għandu l-opportunità li jara mill-viċin diversi tipi ta’ karozzi u muturi ta’ żminijiet u stili diversi, f’atmosfera mill-isbaħ ta’ mużika ġewwa waħda mit-toroq prinċipali ta’ Ħaż-Żabbar.

Bħal snin oħra, waqt l-attività ser ikunu qed jinġabru donazzjonijiet għal kawżi ġusti. Din is-sena l-attività se ssir b’risq ALS Malta Foundation, fejn rappreżentanti ta’ din l-għaqda se jkunu hemmhekk jirċievu donazzjonijet għax-xogħol tant siewi li jsir minnhom fis-soċjetà.

L-avveniment ser ikun jittella’/ fi Triq il-Labour, Ħaż-Żabbar.
Iżjed informazzjoni tista tinkiseb minn fuq il-paġna tal-grupp fuq Facebook, facebook.com/zabbarautofest.

Sport