Monday, December 16, 2024

Tiżviluppa roqgħa ċpar fil-Punent ta’ Għawdex u Malta

Aqra wkoll

Kull min kien Għawdex jew lejn il-Punent ta’ Malta, ilbieraħ seta’ jinnota roqgħa ta’ ċpar li għal ħafna ma kinitx komuni. Skont is-sit tat-temp Maltese Island Weather dan hu “Ċpar tal-baħar”.

“Dan iċ-ċpar żviluppa meta massa ta’ arja umda’ u sħuna mill-punent (it-temperatura ta’ l-arja il-bieraħ kienet ta’ 34°C) ġiet imbuttata fuq il-baħar ferm aktar frisk (it-temperatura tal-wiċċ tal-baħar kienet ta’ 22°C).

It-temperatura ta’ din il-massa ta’ arja friskat f’daqqa u laħqet id-‘dew point’ tagħha. Din hija t-temperatura li massa ta’ arja partikolari trid tilħaq biex l-arja tisfa saturata u l-fwar li tkun qed iġġorr fiha jikkondensa fi sħab.

Riħ ħafif jagħmilha aktar faċli li l-arja tiffriska u tikkondensa hekk kif tkun qed tiġi mbuttata minn fuq il-baħar. Normalment dan it-tip ta’ ċpar jisfaxxa fix-xejn aktar ma jersaq lejn iċ-ċentru tal-gżejjer u għalhekk insibuh prinċipalment tul il-kosta,” inkiteb fuq is-sit Maltese Islands Weather

Ekonomija

Sport