Saturday, December 28, 2024

Tkompli l-kumpilazzjoni b’rabta mal-inkjesta tal-Vitals

Aqra wkoll

Dalgħodu quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana se tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ numru ta’ kumpaniji u persuni fosthom l-eks Ministri Chris Fearne u Edward Scicluna b’rabta mal-inkjesta-Vitals.

Intant fis-seduta tal-lbieraħ xehed l-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, wara li fl-aħħar seduta kien intalba mill-avukat Stephan Tonna Lowell biex jesebixxi dokument li parti minnhu qal li jeħtieġ jiġi trattat b’kunfidenzjalità.

Min-naħa tiegħu l-Maġistrat Caruana informa lix-xhud li dan id-dokument se jkun issiġillat fl-atti tal-kawża, u se jkun aċċessibbli biss mill-prosekuzzjoni u d-difiża.

Xhud ieħor fil-kumpilazzjoni kien Joseph Micallef li l-irwol tiegħu kien li jassisti f’lagħqat tal-isteering committee. Ix-xhud qal li l-irwol tiegħu kien li wieħed għal perjodu qasir ħafna u ħafna mid-dettalji ma jiftakarhomx.

Dan is-sit se jkun qiegħed јaġġorna minn ħin għall-ieħor.

Ekonomija

Sport