Saturday, July 20, 2024

Sentenza sospiża għal raġel li ammetta li spara b’pistola bi żball

Aqra wkoll

Raġel ta’ 51 sena residenti Ta’ Sliema ġie kkundannat ħames xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li tressaq il-Qorti akkużat li spara b’pistola bi żball f’Tas-Sliema.

Fil-Qorti, Antoine Degiorgio kien mixli li f’Marzu li għadda, kelli fil-pussess tiegħu arma mingħajr liċenzja u li fis-sigħat bikrin tal-15 ta’ Marzu għamel ħsara fuq lukanda.

Il-Prosekuzzjoni spjegat lill-imputat bħala persuna traskurat iżda wieħed li jikkopera mal-Pulizija. Ġie nnutat ukoll li l-kondotta ta’ Degorigio hija waħda nadifa.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Kevan Azzopardi sabet lir-raġel ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u minbarra s-sentenza sospoża, ġie ordnat sabiex iħallas €1,638 lil-lukanda.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport