10:30 a.m- Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-eks Ministri Chris Fearne u Edward Scicluna
F’Awla 22, minn ħin għall-ieħor quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana se tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ numru ta’ kumpaniji u persuni fosthom l-eks ministri Chris Fearne u Edward Scicluna.
Matul l-aħħar seduta, id-difiża argumentat dwar il-freezing order tal-imputati, bl-avukat Franco Debono jagħmel talba sabiex jixhed xi ħadd mill-Prosekuzzjoni dwar kif dawn waslu għat-talba tal-freezing orders.
Dan is-sit se jkun qiegħed jaġġorna b’mod kontinwu…