Thursday, October 17, 2024

Tkompli s-saga ta’ immigranti salvati… dawk abbord Sea Watch ilhom 10 ijiem; oħrajn tliet ġimgħat

Aqra wkoll

Ilbieraħ kompliet is-saga ta’ għadd ta’ immigranti salvati fl-aħħar jiem u dan hekk kif komplew appell ma jaqtgħu xejn minn attivisti u għaqdiet non governattivi, biex dawk l-immigranti jingħataw port sigur. Salbieraħ kmieni wara nofsinhar, l-ebda pajjiż Ewropew ma kien għadu ċċaqlaq biex l-immigranti jingħataw permess jidħlu f’port Ewropew.

Fil-fatt il-persuni li salva il-bastiment Sea Watch 4, ilhom għal diversi jiem bejn sema u ilma. Dawk li ġew salvati fil-bidu tal-missjoni tal-vapur ilhom għaxart ijiem bejn sema u ilma.

B’kollox abbord Sea Watch 4 hemm xejn inqas minn 353 immigrant.  Dan l-ammont qed jagħmel pressjoni kbira fuq l-ikel u l-ilma abbord. Qed isir monitoraġġ kontinwu tal-provvisti u dan biex dan iservu kemm jista’ jkun. Irid jingħad li fl-aħħar sigħat is-Sea Watch 4, ħa ukoll l-immigranti li kienu ġew salvati mill-MV Louise Michel.

Apparti dawn hemm 27 immigrant ieħor li qegħdin abbord l-bastiment MV Etienne. Dawn ilhom bejn sema u ilma għal tlett ġimgħat. Dawn ġew salvati fil-5 ta’ Awwissu.

Sport