Tuesday, April 23, 2024

Tkompli t-Tħejjija għat-trasport pubbliku b’xejn

Studenti u dawk bil-Concession Card m’għadx hemm bżonn li jittoppjaw il-card.

Aqra wkoll

Malta Public Transport qed tħabbar li l-istudenti u dawk kollha li għandhom it-Tallinja card ta’ konċessjoni, u li bħalissa diġa bdew igawdu t-trasport pubbliku b’xejn, m’għadx għandhom bżonn li jittoppjaw it-Tallinja Card tagħhom.

Din il-bidla, li daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Settembru, hija parti mit-teħħijiet li hemm
għaddejjin bħalissa biex it-trasport pubbliku jsir b’xejn għal kull min ikollu t-Tallinja Card personaliżżata, mill-1 ta’ Ottubru li ġej.

S’issa, dawk kollha li kellhom it-Tallinja Card u li kienu eliġibbli għat-trasport b’xejn, kellhom jittoppjaw il-cards tagħhom u mbagħad jirċievu rimbors ix-xahar ta’ wara.

Iżda issa, is-sistema tal-pagamenti Tallinja ġiet aġġornata biex toffri esperjenza iżjed komda b’mod li dawk kollha li huma eliġibbli għat-trasport b’xejn, issa sempliċiment mhux se jkollhom għalfejn iħallsu u għalhekk, mhux se jibqa’ jkun hemm il-bżonn li jittoppjaw il-kard tagħhom.

Mill-1 ta’ Ottubru mbagħad, din is-sistema se tkun estiża għal kull min ikollu t-Tallinja Card personaliżżata tiegħu.

Għaldaqstant, jibqa’ mportanti li l-passiġġieri, xorta jibqgħu jitteppjaw it-Tallinja Card tagħhom mal-magna tal-biljetti kull darba li jirkbu tal-linja sabiex jivvalidaw il-vjaġġ tagħhom. Fil-fatt se jibqa’ jkun hemm spezzjonijiet sabiex ikun żgurat li kulħadd qed jivvalida t-Tallinja Card tiegħu.

Sport