Sunday, October 27, 2024

“Tlabt investigazzjoni dwar jekk iż-żieda mill-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni tiksirx il-liġi”

Aqra wkoll

Fid-dawl taż-żidied fit-tariffi mħabbra fl-aħħar sigħat mit-tliet kumpaniji tat-telekomunikazzjoni f’pajjiżna għall-klijenti li ma jħallsux il-kont b’debitu dirett, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli talbet lill-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur biex jinvestiga jekk din iż-żieda tiksirx il-liġi tal-kompetizzjoni.

Dan hekk kif aktar kmieni l-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni Melita, Go u Epic ħabbru flimkien li se jdaħħlu miżata żejda fuq is-servizz għal min ma jħallasx il-kont b’debitu dirett jew b’awtorizzazzjoni mill-card (PACC).

B’debitu dirett il-klijent jagħti l-kunsens tiegħu lill-kumpanija biex il-kont jitħallas awtomatikament kull xahar billi jinqata’ l-ammont mill-kont tal-bank tal-klijent.

Il-kumpaniji avżaw lill-klijenti tagħhom li mill-1 ta’ Lulju l-prezz tas-servizz se jiżdied b’€1 fuq kull pakkett, iżda jekk wieħed iħallas b’debitu dirett, mhux se jara differenza fil-kont.

Sport