Friday, May 17, 2024

Reġistrati 25,049 konvenju u 34,352 kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà f’sena u erba’ xhur

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minkejja l-isfidi kollha li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19, l-industrija tal-proprjetà f’pajjiżna jidher li baqgħet waħda b’saħħitha. Dan joħroġ anke mill-ammont ta’ konvenji u kuntratti reġistrati f’Malta u Għawdex matul l-2021 u fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena. 

Minn tagħrif li ngħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana jirriżulta li s-sena l-oħra saru b’kollox 20,282 konvenju filwaqt li ġew irreġistrati 26,586 kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà. Ix-xahar li fih saru l-akbar għadd ta’ konvenji u kuntratti kien Diċembru, b’3,473 u 3,092 rispettivament.

Sadanittant, il-Ministru Caruana ta elenku wkoll tal-ammont ta’ konvenji li kienu reġistrati f’Malta u f’Għawdex fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena. Jirriżulta li f’dan il-perjodu saru b’kollox 4,767 konvenju u 7,766 kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà.

Ta’ min wieħed jinnota li f’Jannar li għadda kienu reġistrati l-akbar ammont ta’ kuntratti f’Malta u Għawdex sa issa din is-sena (2,669) mentri f’dan l-istess xahar kienu saru l-inqas għadd ta’ konvenji (979).

Sport