Kelli l-opportunità li nkun parti minn Love Island Malta S3 – anke jekk għal żmien qasir biss. Dħalt matul l-aħħar ġimagħtejn tal-ispettaklu, li għamilha diffiċli biex nifforma konnessjonijiet ġenwini, speċjalment peress li ħafna koppji kienu diġà stabbiliti sew.
Dan kien il-messaġġ li wasslet l-eks parteċipanta ta’ Love Island Malta Anthea Schembri, fejn kompliet tispjega li l-aktar ħaġa importanti għaliha hija li xorta waħda telqet minn hemm bi ftit ħbiberiji sbieħ li se tgħożż għal dejjem.
Irrimarkat kif sfortunatament, ma kelliex iċ-ċans li verament tkun hi stess fuq l-iskrin, sempliċement għax kollox madwarha kien diġà nbena ħafna qabel ma waslet.
Hija rringrazzjat lill-familja, lil ħbieb u lil kollegi tagħha għall-appoġġ sod tagħhom matul dan il-vjaġġ. Tenniet li issa rritornat d-darmat-tfal u l-maħbubin tagħha u qed tidra bir-rutina tagħha